Lokali

Banek barranin jaqtgħu ir-relazzjonijiet ma’ kumpaniji tal-gaming f’Malta

Rapporti qed jgħidu li għadd ta’ kumpaniji tal-gaming f’pajjiżna ġew mgħarrfa minn banek barranin, inkluż banek Ewropej, li kienu se jtemmu r-relazzjoni magħhom.

Dan qed iseħħ ftit tal-ġimgħat biss wara d-deċiżjoni tal-FATF li tpoġġi lil Malta fuq il-lista l-griża.

Intant fl-aħħar ħin sar magħruf li l-kumpanija GentingBet li timpjega 16-il persuna f’Malta ser tkun qed ittemm l-operat tagħha f’pajjiżna u tieħdu l-Ingilterra.

Diversi huma dawk li jaħdmu fl-oqsma tal-gaming u tas-servizzi finanzjarji li jinsabu mħassba dwar il-futur tal-kumpaniji li jaħdmu fihom u ta’ xogħolhom.