Save draftPreviewSchedule…Add title
L-Istat ta’ Victoria, fl-Awstralja, dieħel fit-tieni lockdown wara li rreġistra żewġ każi ‘lokalizzati’ oħra tal-virus. L-aħħar każi tellgħu it-total ta’ infezzjonijiet bil-Covid-19 f’dan l-Istat għal 18 u meta dan hu l-ħames lockdown li qed ikun infurzat għar-residenti ta’ Victoria mill-bidu tal-epidemija. Intant, il-belt ta’ Melbourne, li hi t-tieni l-akbar belt Awstraljana, tifforma parti minn dan l-Istat.
Mifhum li l-lockdown – ordnat ‘f’ħabta u sabta’ – se jibqa’ effettiv sa nhar it-Tlieta u li jfisser li mal-40 fil-mija tal-popolazzjoni Awstraljana iridu jirrispettaw direttiva biex ma joħorġux mid-dar ħlief għal meta jkun assolutament neċessarju.
Il-Prim Ministru ta’ Victoria, Daniel Andrews, għamilha ċara li filwaqt li d-deċiżjoni kienet diffiċli, dan il-lockdown hu meħtieġ biex in-nies ma jsibux ruħhom f’sitwazzjoni simili għal ħames xhur sħaħ.
Kif inhuma l-affarijiet, ir-residenti ta’ Victoria (fejn jgħixu 6.6 miljuni) ma jistgħux joħorġu ħlief biex jixtru l-affarijiet essenzjali jew biex imorru għax-xogħol u biex iżommu l-appuntament għat-tilqima kontra l-Covid.
Il-belt ta’ Melbourne, fil-parti kbira, kienet evitat każi ġodda tal-Covid minkejja inċidenza oħra ta’ każi fl-Istat ġar ta’ New South Wales, li jinkorpora fih il-belt ta’ Sydney li hi l-akbar belt tal-Awstralja. Intant, jidher li fl-aħħar jiem kien hemm xi moviment ta’ persuni infettati bil-Covid minn Sydney għal Melbourne u li kienu responsabbli għall-aħħar każi ta’ infezzjoni fl-Istat ta’ Victoria.
//= $special ?>