Fl-ewwel jum tas-seba edizzjoni tat-Time Trials li saru l-Erbgħa, inkisbu żewġ rekords.
Dylan Cachia għum l-400m Freestyle f’ħin ta’ 4: 00.17. Dan il-ħin kiser ir-rekord p preċedenti b’ħin ta’4: 05.19 minn Diċembru li għadda minn Cachia stess.
Minn naħa l-oħra Matthew Satariano li għum fil-100m freestyle, kiseb rekord tal-Age Group B b’ħin ta’ 58.24. Il-ħin preċedenti ta’58.84 kien inkiseb minn Kyle Buhagiar fil-Gzira f’Lulju 2014.
It-Time Trials ikomplu llum, 15 ta’ Lulju mis-1800hrs.
//= $special ?>