Gżira U……………………………….1 (5)
Sant Julia……………………………1 (3)
Gżira U.: J. Haber, Z. Scerri, S. Borg, B. Mentz, Thiaguinho, J. Mendoza, S. Pisani N. Muscat, M. Davis, M. Samurai, C. Durate
Sant Julia: I. Zabal, J. Tawaba, I. Echaide, P. Cendros, F. Begeorgi, B. Gomis, O. Garcia, A. Makou, B. Rodriguez, B. Kambi, I. Checa
Referee: V. Spansjonnikovs
Assistent referees: R. Tatriks, M. Svipsts
Gżira United ukoll kisbu post fir-rawnd li jmiss meta għelbu lil Sant Julia 5-3 permezz tal-penalties wara li sal-120 minuta l-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1. Sant Julia ħarġu fuq l-offensiva u fetħu l-iskor wara 21 minua permezz ta’ Bedsente Gomis li kkonkluda fuq pass ta’ Checa.
Gżira United wettqu reazzjoni u kien fit-52 minuta li ġabu l-iskor indaqs meta kien id-difensur Bohrer Mentz li għamel l-iskor indaqs. Lejn it-tmiem tad-90 minuta, Gżira kellhom ċans jirbħu l-partita u saħansitra jaċċertaw mill-kwalifikazzjoni hekk kif Maxuell Samurai naqas milli jikkonkludi fil-lasta biex b’hekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani. Bil-partita tibqa’ fi draw sal-120 minuta, il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties fejn kienu Gżira li rebħu din il-partita 5-3 wara li Justin Haber salva l-ewwel penalty ta’ Sant Julia.
Fi tmiem il-partita naqalgħu numru ta’ argumenti bejn il-players ta’ Sant Julia u ta’ Gżira
//= $special ?>