Lokali

Il-PN iressaq mozzjoni parlamentari kontra l-intolleranza u r-razziżmu

Fid-dawl ta’ dak li għaddej fid-dinja fejn qegħdin naraw iktar atti ta’ intolleranza, xenofobija u razziżmu, fejn qiegħed jidher ċar li qegħdin naraw li hemm żerriegħa żbaljata li għadha tiġri mas-saqajn, hemm bżonn passi legiżlattivi u edukattivi biex dan kollu jiġi kkontrollat u eradikat.

Sostnew dan il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius, flimkien mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar u l-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carmelo Mifsud Bonnici fejn spjegaw li jinsabu aktar inkwetati meta niftakru li l-Ħadd li għadda, wara partita tal-Euro 2020 sibna li flok rebaħ l-ispirtu sportiv rajna mewġa ta’ razziżmu mill-iktar kundannabbli.

Huma saħqu li dan huwa frott ta’ ideat politiċi mxerrda mil-lemin estrem, dawk li ġiebu fil-proċess talbanalitá tal-ħażen l-kampijiet tal-konċentrament. Kampijiet li fih inqatlu miljuni ta’ bnedmin innoċenti bħalna li l-kundanna tagħhom kienet r-razza, li kienu Lhud.

“Proprju għax ninsabu inkwetati u naraw r-razziżmu, l-intolleranza bħala aġir u forza antidemokratika li qed nressqu mill-oppożizzjoni din l-proposta legiżlattiva b’mozzjoni sabiex tiġi diskussa fil-kamra tad-deputati.”

Huma spjegaw li pajjiżna huwa stat demokratiku u bħala deputati għandna d-dmir li nassiguraw b’passi legiżlattivi li jiġi protett.