Futbol Sport

Illum, fl-azzjoni Mosta, Gżira u Birkirkara

Illum jilagħbu t-tieni leg mill-Europa Conference League, it-timijiet Maltin, fejn Mosta u Birkirkara jibdew b’vantaġġ minimu filwaqt li Gżira United jibdew fi draw ta’ mingħajr gowls.

Mosta se jkunu qed jibdew din il-partita b’vantaġġ minimu ta’ 3-2 hekk kif f’Malta kisbu rebħa mhux mistennija kontra Spartak Trnava, fejn gowls ta’ Ememe, Failla u Nsumoh taw vantaġġ ta’ tliet gowl għat-tim mossi sal-ewwel taqsima.

Minn naħa l-oħra Birkirkara wkoll f’ Malta kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq La Fiorita bil-gowl uniku tal-klabb Malti jasal fl-ewwel taqsima permezz ta’ Yannick Yankam.

Gżira se jkun l-unika tim li se jilgħab dan il-leg f’Malta hekk kif il-ġimgħa li għaddiet f’Andorra kontra t-tim ta’ Sant Julia temm fi draw ta’ mingħajr gowls.

EUROPA CONFERENCE LEAGUE: Gżira U. v Sant Julia 8.00pm, La Fiorita v Birkirkara 8.45pm, Spartak Trnava v Mosta 8.45pm