Tilef ħajtu l-ġurnalist Olandiż Peter de Vries disat ijiem wara li sparaw fuqu fil-belt ta’ Amsterdam.
Dan tħabbar mill-familja tiegħu stess kif ukoll il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ RTL News, li kien jaħdem regolarment magħhom, fejn spjegaw li Peter issielet kemm felaħ għal ħajtu madanakollu sfortunatament tilef il-battalja mal-mewt.
Ġie spjegat li l-ġurnalist ta’ 64 sena miet imdawwar bi qrabatu – fejn spjegaw li huwa dejjem għex dejjem bil-konvinzjoni tal-libertà u l-ġustizzja.
Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta mal-isparatura li seħħet fis-6 ta’ Lulju.
De Vries kien ġurnalist prolifiku ħafna fejn sforz ħidmietu kien jirċievi numru ta’ theddid fuq ħajtu.
//= $special ?>