Lokali

In-nuqqasijiet tal-Ministeru tal-Edukazzjoni qed ibatu minnhom l-istudenti u l-għalliema

L-akkuża tal-Malta Union of Teachers li l-Ministeru għall-Edukazzjoni interferixxa fil-ħruġ tal-marki billi inkluda marki ta’ student li ma attendewx għall-assessments u li anke tbiddlu l-marki li ngħataw lil xi studenti mingħajr il-kunsens u l-għarfien tal-għalliema, hija waħda tassew ta’ tħassib u tirrifletti fuq l-istat li jinsab fiħ il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Permezz ta’ stqarrija ffirmata mill-Kelliem dwar l-Edukazzjoni Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista qal li dan l-indħil u tbagħbis fis-sistema qed iwassal biex diversi għalliema qed jilmentaw middiżrispett lejn il-professjoni tagħhom filwaqt li diversi ġenituri huma mħassba sew dwar ilmarki li ngħataw uliedhom.

Diversi ġenituri fl-aħħar ġimgħat lmentaw ukoll dwar domandi f’eżamijiet li l-anqas biss kienu fis-sillabu, domandi li ma kienux mgħallma fil-klassi jew inkella domandi insensittivi fis-sitwazzjoni, qalet l-istqarrija.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu immedjatament jirrimedja d-diversi nuqqasijiet tiegħu b’sens ta’ responsabbiltá lejn l-istudenti, l-edukaturi u l-ġenituri. Sadanittant pajjiżna jinsab filqiegħ tal-klassifika Ewropea tal-early school leavers temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.