Rabja fost is-Siġġiwin hekk kif fl-aħħar sigħat għexieren ta’ siġar li kien hemm quddiem l-iskola primarja tqaċċtu għal kollox.
Jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kulleġġ stess għaliex dawn is-siġar, li skont il-Prinċipal ma kienux endemiċi, kienu qed jagħmlu ħsara fil-madum tas-sala tal-iskola kif ukoll fil-kuritur.

Skont l-istess Prinċipal il-Kunsill Lokali kien mgħarraf b’dan it-tqaċċit.
Madankollu post li ttella’ mill-Kunsill stess irrefera għal dan it-tqaċċit u ddeplora dan l-att li ddeskriva bħala oxxen u nsensittiv li sar fil-konfront tal-komunita’ Siġġiwija u kkundanna lil min għamlu.
