Lokali

Is-Siġġiwin irrabbjati dwar it-tqaċċit ta’ siġar fil-lokalità

Il-Kulleġġ jgħid li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba ħsara li kienet qed issir lill-iskola

Rabja fost is-Siġġiwin hekk kif fl-aħħar sigħat għexieren ta’ siġar li kien hemm quddiem l-iskola primarja tqaċċtu għal kollox.

Jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kulleġġ stess għaliex dawn is-siġar, li skont il-Prinċipal ma kienux endemiċi, kienu qed jagħmlu ħsara fil-madum tas-sala tal-iskola kif ukoll fil-kuritur.

Ritratt meħud minn Google Maps

Skont l-istess Prinċipal il-Kunsill Lokali kien mgħarraf b’dan it-tqaċċit.

Madankollu post li ttella’ mill-Kunsill stess irrefera għal dan it-tqaċċit u ddeplora dan l-att li ddeskriva bħala oxxen u nsensittiv li sar fil-konfront tal-komunita’ Siġġiwija u kkundanna lil min għamlu.

Ikkummenta