James Galea Jr. rebaħ l-MSSF Trap Grand Prix, 2021. Michael Grech ġie t-tieni klassifikat, filwaqt li Brian Galea spiċċa t-tielet fil-klassifika finali.
Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja, u ttelgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-Finali, l-għada l-Ħadd.
Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu:
James Galea Jr. b’total ta’ 120/125; Michael Grech 118/125; Jason Aquilina 117/125; Brian Galea 116/125 +2 shoot off; Emmanuel Bugeja 116/125 +1 shoot off; u Emanuel Zammit 114/125 +4 shoot off.
Ir-Riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu: James Galea Jr. 42/50, Michael Grech 42/50, Brian Galea 32/40, Emmanuel Bugeja 24/35, Jason Aquilina 21/30, Emanuel Zammit 13/25
//= $special ?>