Lokali

Jattakka r-rapport tal-Kummissarju

Il-Ministru għall-Anzjani Michael Farrugia għoġbu jirkeb il-karru ta’ sħabu, Glenn Bedingfield u Edward Zammit Lewis, u għażel li jiddefendi lil membru tal-Grupp Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar.

Mistoqsi minn Net News jekk huwa jħossux komdu li għal darb’oħra membru fil-Grupp Parlamentari Laburista spiċċa taħt investigazzjoni – kaz iehor fil-lista ta’ ‘l fuq minn 80 skandlu fil-kuriduri ta’ Kastilja fl-aħħar 8 snin kemm ilu il-Lejber fil-Gvern…Farrugia għażel li jattakka b’diskors partiggjan, u jfarfar milli jwieġeb. Dan filwaqt li meta kien mistoqsi jekk hux tal-istess fehma ta’ sħabu, l-Whip Laburista u l-Ministru għal Ġustizzja, li vvotaw kontra r-rapport tal-Kummissarju Hyzler….Farrugia sahansitra attakka r-rapport.

Il-Ministru Farrugia qal li, skont hu, hemm bżonn ta’ aktar investigazzjonijiet ….u għalhekk s’issa bħal donnu se jibqa’ jiddefendi lil Cutajar.

Dan kollu wara li fil-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Gvern ivvota kontra r-rapport tal-Kummissarju Hyzler u ma qabilx li tittieħed azzjoni dwar il-ksur ta’ etika mid-deputat Laburista Rosianne Cutajar fil-każ ta’ senserija ta’ prorpjerta…bl-involviment ta’ Yorgen Fenech.

Fix-xhieda tiegħu George Hyzler sostna li Cutajar ikkonfermat li kienet irċeviet €31,000 u €9,000 mingħand Fenech….
Iżda huma xorta waħda baqgħu jiddefendu lil ħabibithom – turija cara li minkejja dawk l-iskandli kollha, s’issa għadhom ma tgħallmu xejn.

Tags