Atletika Sport

Jeremy Zammit l-ewwel atleta Malti li jikkwalifika għall-finali tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt l-20 sena

L-atleta tal-long jump Jeremy Zammit sar l-ewwel atleta Malti li kwalifika għall-finali tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt l-20 sena meta f’Talinn l-Estonja rnexxielu jagħmel qabża ta’ 7.58 metri.

Il-qabża ta’ Zammit hija wkoll rekord Nazzjonali hekk kif tejjeb l-aqwa qabża tiegħu b’0.07 metri. Jeremy Zammit li huwa n-numru wieħed fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena temm fis-7 post minn 24 atleta biex b’hekk aċċerta minn post fil-finali.

Il-kontiġent Malti li jinsab f’Talinn huwa magħmul ukoll minn Graham Pelligrini li temm it-tellieqa tal-400 metru f’ħin ta’ 49.36 kif ukoll Rachela Pace li ħadet sehem fit-triple jump u wettqet qabża ta’ 12.09 metri. It-tim Malti huwa mmexxi mid-Direttur Tekiniku ta’ Atheltics Malta Mario Bonello.