Avviż tal-Qorti ppubblikat fl-aħħar ħin mill-Imħallfin li mexxew l-inkjesta pubblika dwar l-assassinku ta’ Daphne Caruana Galizia jgħid li din l-inkjesta issa ġiet konkluża.
Din l-inkjesta tmexxiet mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, l-Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino, u l-Imħallef Abigail Lofaro.
L-avviż jgħid li r-rapport sħiħ ser ikun preżentat skont kif dirett fit-termini ta’ referenza tiegħu lill-Prim Ministru u lill-Avukat tal-Istat fil-ġranet li ġejjin wara li jsir xogħol amministrattiv meħtieġ.
Il-Bord ser javża d-data li fiha jkun qed jippreżenta r-rapport u meta dan ser jiġi ppubblikat.