L-Unjoni Ewropea ħabbret diversi proposti għall-programmi li qed jindirizzaw il-bidliet fil-klima u bl-iskop li l-Unjoni tavviċina livell fiss ta’ ‘carbon neutral’ sal-2050.
Numru ta’ abbozzi ( ta’ proposti) li għad iridu jkunu approvati mis-27 Stati-membri u l-Parlament tal-Unjoni, jinkludu pjani għall-impożizzjoni tat-taxxi għall-jet fuel kif ukoll projbizzjoni effettiva għall-bejgħ ta’ karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel fi żmien 20 sena.Madankollu, dawn il-proposti kapaċi jiffaċċjaw snin sħaħ snin sħaħ ta’ negozjati.
Il-pjani wasslu għal diżgwid profond fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea – l-entità amministrattiva tal-UE – ftit qabel kienu finalizzati.
Intant, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, insistiet dwar l-importanza li l-pajjiżi-membri tal-UE jieħdu azzjoni issa u jagħżlu triq aħjar għall-futur, b’anqas metodi li jikkaġunaw tniġġiż tal-ajru.
Hi komplet li hu d-dmir tal-UE li tħares l-interessi u s-saħħa mhux biss tal-ġenerazzjoni attwali iżda tal-ġenerazzjonijiet futuri , ‘meta l-Ewropa lesta tkun protagonista f’dan l-impenn’.
Il-miżuri jistgħu jżidu l-kontijiet għall-familji biex isaħħnu d-djar tagħhom minbarra li jżidu l-ispejjeż tat-titjiriet fl-UE. Intant, se jkun hemm assistenza finanzjarja għan-nies biex jistallaw l-‘insulation’ u jagħmlu l-bidliet fid-djar għat-tul taż-żmien.
Frans Timmermans, il-Kap tal-Politika tal-UE fir-rigward tal-klima, ammetta li ċ-ċittadini u l-industriji se jkollhom jerfgħu piż sinifikanti iżda insista li dan qed isir bi skop tajjeb ‘u biex, eventwalment, tgawdi l-umanità kollha’.
Fl-istess ħin, il-linji tal-armi u l-manifatturi tal-karozzi mistennija jopponu għall-proposti – l-istess bħall-Istati-membri tal-UE li ġejjin mil-lvant tal-Ewropa u li jiddependu ħafna fuq il-faħam.
Hu minnu wkoll li l-miżuri – bħala l-aktar pjan ambizzjuż ( s’issa) tal-UE biex tindirizza l-bidliet fil-klima – issemmew ‘Fit for 55 package’ għaliex jippermettu biex Unjoni żżomm il-pass lejn it-tragward li l-emissjonijiet, sal-2030, jonqsu b’55 fil-mija mil-livelli tal-1990.
//= $special ?>