SPARTAK TRNAVA ……… 2 (4)
MOSTA …………………… 0 (3)
Spartak Trnava : D.Takac, M.Curma, S.Kosa, F.Twardzik, M.Mikovic, R.Prochazka, K.Savvidis, M.Bukata, S.Cobral, J.Vlasko, B.Yusuf
Mosta: C.Mafoumbi, J.Ekani, T.Farrugia, R.Da Silva, D.Debono, C.FaillaI.Doric, L.Riascos, C.Eneme Evo, J.Nsumoh, M.Mifsud
Referee: N.Kajtazovic
L-avventura ta’ Mosta fl-ewwel kompetizzjoni Ewropeja għalihom intemmet meta fi Stadion Antona Malatinsheko kienu eliminati mit-tim Slovakk ta’ Spartak Trnava. Minkejja li fl-ewwel leg, Mosta kisbu riżultat prestiġjuż u storiku fejn rebħu bl-iksor ta’ 3-2, fis-Slovakkja Spartak Trnava kienu aktar b’saħħithom għat-tim Mosti.
Spartak Trnava marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta permezz tad-difensur Filip Twardzik. Biex fl-34 minuta it-tim Slovakk irdoppja l-iskor meta din id-darba kien Bamidele Yusuf li minn cross ta’ Saymon Cobral ikkonkluda wara Mafoumbi għal-2-0.
//= $special ?>