L-awtoritajiet Sqallin qed jobbligaw lil kull min dieħel minn Malta jew li kien f’pajjizna fl-14 il-jum qabel jidħol Sqallija sabiex jippreżenta PCR test negattiv.
Dan ġie mħabbar fl-aħħar sigħat wara li l-President tar-Reġjun Nello Musumeci ffirma l-avviż legali f’dan is-sens.
Hu mifhum li r-raġuni għal din il-miżura hija ż-żieda qawwija ta’ każijiet ġodda ta’ Covid f’pajjiżna.
Sal-lum, persuni li kienu qed jivvjaġġaw minn Malta lejn Sqallija kellhom jippreżentaw biss iċ-ċertifikat tal-vaċċin.