Lokali

Robert Abela ħataf il-PBS – il-Partit Nazzjonalista

Il-fatt li l-PBS fl-aħħar jiem għal darbtejn irrifjuta li jobdi żewġ ordnijiet tal-Awtoritá taxXandir biex jingħata rimedju jikkonferma li l-Gvern Laburista ta’ Robert Abela ħataf il-Public Broadcasting Services sabiex iservi ta’ aġent tal-Partit Laburista u jmexxieh bħala estensjoni ta’ One News.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista jinnota li qatt, mill-Indipendenza ‘l hawn, ma kien hemm każ wieħed
fejn il-PBS, wara li nstab ħati mill-Awtorita tax-Xandir li naqas mill-obbligi ta’ imparzjalitá tiegħu, rrifjuta sfaċċatament li jobdi u jagħti r-rimedju ordnat, u dan kuntrarju għal dak li qiegħed jiddeċiedi li jagħmel issa.
Il-Partit Nazzjonalista jiddikjara li dan l-aġir bla preċedent tax-Xandir Nazzjonali jfisser ukoll:

Nuqqas ta’ rispett bażiku tal-poplu Malti u Għawdxi li bit-taxxi tiegħu qed jissussidja lill-PBS.
Tkasbir mill-PBS tal-Kostituzzjoni ta’ Malta
Ksur tad-dritt tal-Partit Nazzjonalista u tad-Deputati tiegħu li jingħataw spazju xieraq;
Konferma li dan il-Gvern qiegħed juża x-Xandir Nazzjonali għall-propaganda tiegħu u
Konferma ta’ kemm hu giddieb il-Gvern Laburista meta jgħid li jrid iħalli listituzzjonijiet ta’ pajjiżna jaħdmu