Sasha Gatt waqqfet rekord nazzjonali ġdid fl-1500 metru fil-finali tal-Kampjonati Ewropej Junior tal-għawm li qed isiur f’Ruma. Gatt tejbe ir-rekord tagħha bi kważi 13-il sekonda bil-ħin il-ġdid ikun dak ta’ 16:38.75.
Il-ħinijiet ta’Gatt fissru li hija waqqfet ukoll Rekord Nazzjonali fit-800m freestyle kif ukoll rekords tal-Age Group D kemm fid-distanzi ta’ 800m kif ukoll ta’ 1500m.
Wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-Kampjonati Ewropej tal-Junior, Gatt se tkun qed tiffoka fuq il-parteċipazzjoni tagħha fil-Logħob Olimpiku, Tokyo 2020, fejn se tkun l-iżgħar atleta tal-kontinġent. Gatt se tkun qed tikkompeti fl-avvenimenti tal-freestyle. Hi tibda bil-heats ta’ 400m nhar il-Ħadd 25 ta’ Lulju u l-1500m heats nhar it-Tnejn 26 ta’ Lulju.
Thomas Woods ukoll stabbilixxa żewġ rekords ġodda fil-kategorija tiegħu, fl-avvenimenti ta’ 200m freestyle u 800m freestyle. Fil-200m freestyle huwa għamel ħin ta 1: 57.92 filwaqt li fit-800m freestyle il-ħin tiegħu kien ta’ 8: 45.99.
//= $special ?>