Internazzjonali

Straġi fil-Ġermanja; l-għargħar iħallu 6 mejta u bosta mitlufa

Fil-Ġermanja, tal-anqas sitt persuni tilfu ħajjithom filwaqt li bosta oħrajn għadhom nieqsa wara li ġġarfu għadd ta’ djar.

L-inċident traġiku seħħ f’Ahrweiler wara li xita qalila kkawżat għargħar kbar.

Madwar 25 dar oħra fid-distrett ta’ Schuld bei Adenau jinsabu fi stat perikoluż u qed jissugraw li jċedu ukoll.

Rapporti qed jiddeskrivu s-sitwazzjoni bħala perikoluża ħafna.

Kelliema għad-distrett qal li familja ta’ ħamsa min-nies inqabdu fi propjetà mdawra kompetament bl-ilmijiet għolja, u kienet għaddejja operazzjoni sabiex jinħarġu b’mod sigur.

Bosta familji ġew evakwati minn djar li jinsabu qrib ix-xmara Ahr.