Bosta huma dawk li l-Ħamis filgħodu qamu maħsuda bl-aħbar tat-telfa tal-avukat Adrian Borg, ħu Tonio Borg eks Kummissarju Ewropew u kif ukoll eks Deputat Prim Ministru.
Mewtu tħabbret fuq il-midja soċjali mill-Independent Bankers Union fejn iddeskrivewh bħala kollega u ħabib ta’ qalb kbira – ġentili u mimli entusjażmu.
Bosta ħbieb saħqu kemm kien enerġetiku u dejjem lest sabiex jgħin lil ħaddieħor – filwaqt ukoll tax-xogħol serju li kien iwettaq.
Net News joffri l-kondoljanzi lil qraba u ħbieb ta’ Adrian.