Fil-71 ġimgħa tal-imxija f’Malta kellna 1,218-il każ ġdid, dan hekk kif bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nstabu 235 każ ġdid. Minn Marzu 2020 f’Malta kellna 32,069, bil-każijiet attivi issa jitilgħu għal 1,441.
Mill-222 każ irrapurtati l-Ħamis kien hemm 195 każ li għandhom bejn l-10 u 39 sena. Ir-rata medja kienet dik ta’ 24 sena.
Il-Ministeru tas-Saħħa qal li bħalissa hemm 14-il każ li jirċievu l-kura f’fl-isptar Mater Dei, b’persuna li jinsab f’qagħda kritika. Mhux magħrufa l-età ta’ din il-persuna.
Aħbar pożittiva hi li fl-aħħar sigħat 6 persuni fiequ mill-virus, bl-ammont ta’ persuni li fiequ huwa dak ta’ 30,208 persuna.
S’issa ngħataw 718,418 tilqima, u 354,985 persuna huma mlaqqma kompletament.
Informazzjoni aktar dettaljata mitluba minn Net News dwar minn fejn ġejjin il-każijiet, kemm minnhom huma ta’ persuni mlaqqma, kemm huma każijiet lokali u kemm impurtati… baqgħet ma ing]atatx. Ma nafux ukoll kemm hemm Maltin li issa jinsabu pożittivi għal dan il-virus.
L-aħħar informazzjoni li ngħatat kienet li mit-22 każ tal varjant Indjan li s’issa nafu bihom, 6 huma fost residenti Malti. Iżda mhux eskluż li dawn in-numri żdiedu aktar fl-aħħar jumejn.
L-appelli mill-awtoritajiet tas-Saħħa baqgħu konsistenti għal ħtieġa ta’ aktar kawtela u biex wieħed iżomm id-distanza soċjali, speċjalment fuq il-bajjiet.
//= $special ?>