Anzjana ta’ 61 sena qed isofri ġrieħi gravi wara tul dan il-lejl, għall-ħabta ta’ nofsillejl, ittajret minn vettura fi Triq ix-Xatt f’Tal-Pietà.
Minn dak li qalu l-pulizija rriżulta li l-anzjana ta’ 61 sena residenti San Ġiljan, intlaqtet minn Peugeot, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Belt Valletta.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>