L-attivista ambjentali Julia Cappitta, li ghandha 18-il sena, saret taf li ġiet blokkjatha fuq Instagram mill-Ministru Ian Borg wara li hi prezentat numru ta’ domandi legittimi. Fil-fatt, it-tfajla zagħzugħa espriemet it-tħassib tagħha rigward dak li qed jiġri bħalissa fl-ambjent ta’ pajjiżna – izda bhal donnu illi dan ma nizel tajjeb xejn mal-Ministru Borg.
Julia Cappitta hija l-crew leader ta’ Earth Guardians Malta, NGO lokali li tirrappreżenta attivisti ambjentali żgħażagħ illi l-għan għewlieni tagħhom hu li jippromwovu futur aktar ekoloġiku għal pajjizna.
L-organizzazzjoni esprimiet it-tħassib tagħha rigward dak li ġara lil Julia Cappitta. Filfatt il-membri ta’ din l-NGO qalu li jinsabu skantati u għal darb’oħra diżappuntati bl-attitudni li biha dawk fil-poter jimmaniġġjaw kwistjonijiet sensittivi.
Hu mifhum li Cappitta fl-ebda ħin ma użat lingwaġġ mhux f’loki fil-konfront tal-ministru Borg, u l-kummenti u l-istejjer li kienet tixħet fil-midja soċjali kienu dejjem mistoqsijiet immirati lejn Ian Borg.
Fuq Instagram, Cappitta staqsiet għaliex il-qerda tal-ambjent ta’ Malta ghaddej bla limitu, u għaliex il-vuċijiet taż-żgħażagħ qegħdin jibqgħu jiġu injorati f’dan il-kuntest. Madanakollu, minflok ma kisbet it-tweġibiet għall-mistqosijiet tagħha, Julia Cappitta spiċċat ġiet blokkjatha mill-Ministru Ian Borg.
L-NGO iddikjarat li dan l-inċident ser iservi sabiex jenfasizza l-ħtieġa għall-attiviżmu taż-żgħażagħ, peress li l-Ministru għal darb’oħra injora t-tħassib taz-zgħazagħ rigward l-ambjent Malti. Fi stqarrija Earth Guardians Malta kitbu illi ħadd qatt ma jirnexxielu jsikket iż-żgħażagħ.
Din l-NGO saħqet li jekk l-attivista ambjentali ta’ 18-il sena qed ikollha l-mistoqsijiet…. u l-opinjonijiet tagħha ġew iċċensurati fuq il-midja soċjali minn Ministru… dan juri biċ-ċar li jeżistu diversi problemi fil-gvern.
“Din x’demokrażija hi?”, stqasiet l-ghaqda Earth Guardians Malta, filwaqt li tenniet l-appoġġ kollu taghha lejn din iz-zaghzugha.
//= $special ?>