Lokali

L-għaqda LGBTI+ f’Għawdex tikkundanna l-attakk omofobiku li seħħ f’Tas-Sliema

L-għaqda LGBTI + f’Għawdex tikkundanna kull forma ta’ omofobija u transfobija f’pajjiżna u b’mod attiv qed tiġġieled sabiex itemm id-diskriminazzjoni, l-istigma u l-vjolenza kontra din l-komunità . Il-membri tal-organizzazzjoni jinsabu imdejjqa ħafna bl-aħbar tal-attakk fuq raġel omosesswali li seħħ f’Tas-Sliema. Anki jekk Malta hija waħda mill-aktar pajjiżi progressivi fl-Ewropa, dawn il-persuni għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni u vjolenza fil-ħajja ta’ kuljum  tagħhom. Attakki bħal dawn ifakkruna li l-pajjiż għad fadallu ħafna x’jagħmel sabiex tintemm il-vjolenza kontra din il-komunita’.

Skond din l-għaqda, l-omofobija u t-transfobija huma biżgħat reali fil-ħajja ta’ dawn l-individwi u l-użu tal-vjolenza kontra dawn in-nies li jagħmlu parti mill-komunità hija att ta’ vjolenza kontra l-komunità kollettiva. L-għaqda LGBTI+ ta’ Għawdex tisħaq li peress li dawn il-persuni qedgħin isibu diskriminazzjoni kemm fil-post tax-xogħol kif ukoll f’każijiet partikolari mill-familja u ħbieb, dawn il-persuni jiddependu fuq l-appoġġ tal-alleati tagħhom sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jiġġieldu kontra l-omofobija u t-transfobija.

LGBTI + f’Għawdex, temmen bis-sħiħ li meta dawn in-nies isibu spalla ta’ għajnuna mingħand persuna waħda biss, din tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja tagħhom. Intant, l-organizzazzjoni tħeġġeġ bil-qawwa lil membri tal-komunità Maltija u Għawdxija biex joħorġu b’mod attiv kontra l-vjolenza kontra dawn in-nies u biex jitkellmu meta jiltaqgħu ma’ omofobija u transfobija.

LGBTI + f’Għawdex tfakkar lill-membri tal-komunità tagħna sabiex jirrappurtaw atti ta’ vjolenza kontra dawn in-nies u biex tutalizza r-riżorsi ta’ din l-organizazzjoni meta tintaqa’ ma’ din it-tip ta’ diskriminazzjoni. . Iċ-ċentru tas-sejħiet ta’ l-organizzazzjoni jipprovdi aċċess għall-għoti ta’ pariri u appoġġ lill-membri kollha tal-komunità, li tista’ tintlaħaq fuq 99356622.

L-organizazzjoni LGBTI + f’Għawdex testendi l-appoġġ tagħha għall-persuni kollha li esperjenzaw din it-tip ta’ vjolenza f’Malta u Għawdex,u jfakkar lill-komunità tagħna sabiex jibqgħu b’saħħithom quddiem l-avversarju.