Raġel minn Ħal Qormi li għamel talba għat-tortura u l-eżekuzzjoni pubblika tal-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina li ġimgħa ilu ammetta l-akkużi kriminali u skuża ruħu ġe lliberat bil-kundizzjoni li ma jikkommettiex reat ieħor fi żmien tliet snin.
Il-Qorti meta ġiet biex tagħti s-sentenza kkunsidrat il-fatt li Aquilina ħafer lil Stephen Cauchi. Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Simone Grech. Minkejja l-kliem iebes ta’ Cauchi u dak li għadda minnu sussegwentement minħabba l-kumment, Aquilina xorta waħda ħafer lill-aggressur tiegħu.
Cauchi kien talab biex id-deputat Nazzjonalista jingħata l-forka. Cauchi ammetta li għamel kumment fuq Facebook fejn issuġġerixxa li d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina għandu jispiiċċa “imdendel u marbut ma’ l-istatwa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi u mtaqqab bil-labar tal-ħjata”, liema kumment kien qajjem ferment fuq il-midja soċjali.
Aquilina sussegwentement kien tella ‘screenshot tal-kumment li sar, u qal li minkejja dan it-theddid kienx se jitwaqqaf milli jsemma leħnu. “Xi ħadd jaħseb li għandi ninqatel fil-pjazza tas-Siġġiewi u mbagħad ġismi jiġi soġġett għal vjolenza. Dan l-inċitament għall-vjolenza u mibegħda kontriha mhux se jagħlaqli ħalqi u mhux se nieqaf milli nkompli naħdem għall-ġustizzja u l-verità”, kien irreaġixxa l-Avukat Aquilina.
Il-każ kien dwar diskors ta’ ‘hate speech’. It-Taqsima tal-Pulizija tas-Cyber Crime kienet investigat il-każ u wara identifikat lil Cauchi. L-Avukat difensur Joe Sammut qal fi-Qorti li l-akkużat kien qed jammetti l-akkużi, u ddispjaċih ta’ dak li kien qal.
Aquilina fix-xhieda tiegħu kien spjega li kien għamel diskors fil-Parlament dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi, li ġie rrappurtat b’mod estensiv. Fost l-istejjer tal-aħbarijiet kien hemm storja fuq il-portal Newsbook.
“Normalment ma nagħtix kas ta ‘nies li jiktbu affarijiet ħżiena dwari, imma meta tinċita l-vjolenza kontrija, dan mod ieħor … Kelli nies jiġru warajha, kelli nies jibagħtuli pakketti bid-drogi, kelli nies jgħadduli kummenit meta nkun għaddej minn xi triq. ”
Aquilina qal li wara kien sar jaf li qarib tal-akkużat kien ħabib tajjeb tiegħu. “Kull ġurnata kont qed niġi segwit, kummenti jew mhedded fil-Belt Valletta. Dan id-diskors seta; ‘jagħti xi ideat lin-nies. ” Qed naħfirlu u ma nistenna l-ebda kastig,” Aquilina kien saħaq.
//= $special ?>