Lokali

Żagħżugħ imut f’pixxina f’San Pawl il-Baħar

Ingliz ta’ 27  sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’pixxina f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qalet li lbieraħ irċeviet rapport għall-ħabta tat-7.45pm li persuna sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’pool.

Iż-żagħżugħ ingħata l-ewwel għajnuna minn persuni li kienu fil-qrib u minn tim mediku li wasal fuq il-post ftit wara, madanakollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech filwaqt li l-pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.

Ikkummenta