Coronavirus Lokali

206 każ ġdid u 17 rikoverati l-isptar

Jitilgħu għal 1,642 il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna hekk kif fl-aħħr 24 siegħa ġew irreġistrati 206 każ ġdid b’5 persuni jiġu ddikkjarati li fiequ mill-virus. Dan huwa r-raba’ jum konsekuttiv li pajjiżna rreġistra ‘l fuq minn 200 każ ġdid.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li issa huma 17 il-persuni l-isptar, b’persuna tinsab rikoverata fit-Taqsima tal-Kura intensiva.

L-età medja tal-persuni pożittivi mill-235 li nstabu lbieraħ hija ta’ 27 sena, u mill-istess każijiet, 178 huma ta’ persuni ta’ bejn 10 u 39 sena.

Fortunatament il-vittmi ma żdiedux fl-aħħar sigħat u baqgħu 420.

Sal-lum pajjiżna rrreġistra 32,375 każ tal-virus li minnhom 30,213 irkupraw.

Tags