Kenneth Vella
Il-Ġimgħa fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa saret it-22 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Dawn taw il-bidu għal tliet kampjonati oħra MRTL għal żwiemel mill-klassijiet Premier, Silver u Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. B’kollox saru zewġ heats tal-klassi Premier u li ntrebħu minn Antoine Du Bourg u Crusoe d’Anama.
Ta’ min wieħed jinnota li fl-aħħar snin il-kampjonati Sajfin MRTL saru jagħmlu parti integrali mill-kalendarju tat-trott Malti u jiġu organizzati fuq forma ta’ diversi stadji bi żwiemel jakkwistaw ammont ta’ punti biex eventwalment jgħaddu għall-finali.
Fl-ewwel tiġrija Premier, Antoine Du Bourg (Redent Magro) mar quddiem sa mill-bidu nett tagħha. Dan żamm l-ewwel pożizzjoni tul id-distanza u rnexxilu jieħu t-tielet rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-assalt ta’ Abercrombis (Michael Ellul) li eventwalment spiċċa skwalifikat minħabba pozizzjoni ħazina fit-tluq. Caid De Bengale (Cherise Farrugia) u l-ġdid Franciz Capitaine France (Johann Axisa) daħlu warajhom f’dik l-ordni b’debuttant ieħor, Baldi Star (Andrew Farrugia), itemm fir-raba’ pozizzjoni. Antoine Du Bourg kellu medja ta’ 1.13.8” fil-kilometru.
Kif mistenni, Crusoe d’Anama (Charles Camilleri) iddominat t-tieni tiġrija tal-aqwa klassi. Dan faċilment qasam il-linja finali faċilment b’zewġ tulijiet minn Baron De Majuag (Alessandro Grech) u Amadeus Quick (Jesmar Gafa’) li kellu sprint qawwi fl-aħħar metri. Altonico (Marco Debono) daħal warajhom f’dik l-ordni. Anki Crusoe d’Anama rnexxilu jirreġistra t-tielet rebħa tiegħu f’Malta fl-istess medja ta’ 1.13.8” fil-kilometru.
Ir-rizultati kollha
I Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A Dist – 2140m. 1. Big Fox (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.4” (1.17.7”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Glamour Sisu (M. Refalo) 4. Khali Magdalon (Ch. Gauci)
II Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Fifine (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Coucou Mon Neveu (J. Gafa’) 3. Eclair Winner (S. Vella) 4. Boko Won (S. Cassar)
III Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Dillinger Gentil (C. Camilleri) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Oro Doc (M. Spiteri) 3. Drole De Destin (J. Said) 4. Derby Beconnais (R. Magro)
IV Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Fan De L’Iton (J. Attard) 3. Crack De Bas (N. Barbara) 4. Jaccaroo (Cherise Farrugia)
V Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Jadore Sugar (C. Vassallo) Ħin – NTR 2. Eandel Smiling (J. Said) 3. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 4. Dieu d’Occagnes (P. Galea)
VI Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 2.38” (1.13.8”) 2. Caid De Bengale (Cherise Farrugia) 3. Capitaine France (J. Axisa) 4. Baldi Star (A. Farrugia)
VII Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B Dist – 2140m. 1. Derby Chevaleraie (C. Camilleri) Ħin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Blue Night (R. Schembri) 3. Forsman (P. Galea) 4. Mr Magnifique (M. Bonnici)
VIII Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Crusoe d’Anama (C. Camilleri) Ħin – 2.38” (1.13.8”) 2. Baron De Majuag (A. Grech) 3. Amadeus Quick (J. Gafa’) 4. Altonico (M. Debono)
IX Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Capitaine Lebel (O. Cauchi) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Bolide Atout (N. Barbara) 3. Guarda (M. Mifsud) 4. Oliwer Hip (M. Fenech)
//= $special ?>