Beppe Galea, għadu kemm ġie elett bħala Chairman tal- European Democrat Students, l-ikbar għaqda studenteska fl-Unjoni Ewropea. Din hija l-ewwel darba li Malti ser ikun qed jokkupa din il-kariga prestiġjuża.
Wara li serva għal 7 snin fl-għaqda tal-Istudenti Demokristjani Malin… sentejn minnhom bħala Segretarju Ġenerali… u filwaqt li huwa jifforma wkoll parti minn assoċċjazzjoni uffiċjali tal-Partit Popolari Ewropew… issa ikkontesta għal din il-kariga presitġjuża.
Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista awgura minn qalbu lil Beppe Galea f’din il-kariga. Huwa saħaq li m’għandux dubju li bil-ħidma tiegħu se jispira ħafna żgħażagħ, speċjalment Maltin, biex jinvolvu ruħhom fil-politika, waqt li jmexxi lill-għaqda ‘l quddiem u jirrappreżentaw lill-istudenti bl-aqwa mod.
//= $special ?>