Lokali

Bernard Grech jawgura lil Beppe Galea għall-elezzjoni ta’ Chairman tal-EDS

Beppe Galea huwa l-ewwel Malti li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Chairman tal-EDS.

Wara li serva għal 7 snin fl-għaqda tal-Istudenti Demokristjani Malin… sentejn minnhom bħala Segretarju Ġenerali… u filwaqt li huwa jifforma wkoll parti minn assoċċjazzjon uffiċjali tal-Partit Popolari Ewropew…  issa se jikkontesta għal din il-kariga presitġjuża.

Is-Sibt filgħodu waqt il-Konferenza Annwali tal-Istudenti Demokratiċi Ewropej li din is-sena saret f’Malta, tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li awgura mill-qalb lil Beppe Galea.

Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-opportunita li jindirizza din il-konferenza.

Bernard Grech qal li rridu niffukaw sabiex nagħtu lin-nies edukazzjoni ta’ kwalita’, aċċess tajjeb għall-kura tas-saħħa u opportunitajiet ta’ impjiegi

Dan kien parti mill-messaġġ li għadda il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li kien qed jindirizza konferenza mill-iStudenti Demokratiċi Ewropew.

Mistoqsi minn Net News dwar x’jaħseb minn din l-attivita’ tal-EDS Bernard Grech stqarr li kien ferm sodisfatt li kellu ċans jindirizza din l-attivita’

Il-Kap tal-PN, saħaq li meta wieħed jikkontesta kariga bħal din ta’ Chairman tal-EDS u jirbaħ, mhux biss huwa privileġġ iżda hija wkoll responsabbiltà… filwaqt li jekk wieħed jitlef dan ikun ifisser li jista’ jservi b’mod ieħor.

Dwar proċess demokratiku, Bernard Grech saħaq li huwa importanti li wieħed jaffronta l-isfidi minn perspettiva differenti.

Bernard Grech ħa l-opportunita jitkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-Pandemija… fejn saħaq li l-vaċċin kien verament importanti u li hu kruċjali li nibqgħu naħdmu flimkien bħala Unjoni Ewropea, u mhux bħala pajjiżi individwali li jfendu għal rashom.

Mill-banda l-oħra, Grech qal li waqt li qed naħdmu sabiex nirkupraw minn din il-pandemija, irridu naraw li ma ninsewx il-kriżi ta’ tibdil fil-klima, xi ħaġa li d-dinja diġa qed taqa’ lura fiha.