Lokali

Eletti l-membri tal-Eżekuttiv il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista

Tħabbru uffiċjalment il-kumplament tal-membri eletti tal-Eżekuttiv il-ġdid tal-Partit Nazzjnalista.

Dawn huma:

Paula Mifsud Bonnici – 845 vot
Julie Zahra – 823 vot
Roselyn Borg Knight – 802 vot
Francesca Zammit – 798 vot
Veronica Perici Calascione – 768 vot
Michela Dalli – 661 vot

Joseph Giglio – 1,042 vot
Michael Piccinino – 1,013 vot
Alex Perici Calascione – 941 vot
Francis Zammit Dimech – 879 vot
Mark Azzopardi – 748 vot
Michael Fenech Adami – 562 vot

L-elezzjoni għall-membri tal-Kumitat Eżekuttiv kienet tikkonsisti f’erba’ listi – waħda bl-ismijiet taż-żgħażagħ, waħda tal-Għawdxin, lista tan-nisa u lista oħra tal-irġiel. Skont l-istatut tal-PN riedu jiġu eletti erba’ żgħażagħ, żewġ Għawdxin, sitt nisa u sitt irġiel.

Mal-membri li kienu eletti llum, żdiedu wkoll l-erba’ żgħażagħ Alexander Borg, Bernice Theresa Bonello, Charlene Camilleri u Alexander Jacobsen li tefgħu n-nomina għal-lista taż-żgħażagħ u li kienu awtomatikament eletti. Kienu awtomatikament eletti wkoll iż-żewġ rappreżentanti Għawdxin Beppe Galea u Maria Victoria Theuma.