Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħ’Attard

Raġel ta’ 41 sena residenti Marsascala jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.

Ilbieraħ, għal xi l-16.30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha wara li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Subaru Sambar misjuqa minn raġel ta’ 41 sena, residenti Marsascala u karozza tal-għamla Seat Arona misjuqa minn raġel ta’ 28 sena, residenti ż-Żurrieq.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 41 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin