Wara li fil-finali tal-Euro 2020, il-players tal-Ingilterra li fallew il-penalty Marcus Rashord, Jadon Sancho u Bukayo Saka kienu attakkati b’mod razzjali minn partitarji tal-Ingilterra stess, issa kien imiss lid-difensur Ġermaniż Jordan Torunarigha li huwa parti mit-tim Olimpiku tal-futbol tal-Ġermanja.
Torunarigha kien attakkat minn player avversarju hekk kif il-Ġermanja kienet qed tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Honduras. B’reazzjoni għal dan, it-tim tal-Ġermanja ħareġ mill-grawnd. Il-partita kien fadlilha ħames minuti u l-iskor kien dak ta’ 1-1.
//= $special ?>