Lokali

Il-mara tal-President ta’ Malta toħroġ mill-isptar

Ritratt: Martin Agius

Il-mara tal-President tar-Repubblika, is-Sinjura Miriam Vella, ħarġet mill-Isptar Mater Dei.

Dan ġie mħabbar mill-Uffiċċju tal-President wara li l-mara ta’ George Vella ddaħlet l-isptar matul il-jum tat-Tlieta għall-osservazzjoni.

Mit-testijiet li sarulha hija kienet qed isofri minn pulmunite.

Il-President George Vella u s-Sinjura tiegħu rringrazzjaw lill-konsulenti u l-istaff kollha tal-Isptar Mater Dei.