Skont il-kandidata Audrey Demicoli, uffiċjal ta’ Infrastructure Malta u kandidata tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss ma tridx wisq biex issir għalliem.
Sostnew dan l-Union of Professional Educators fejn iddeskrivew l-aġir tagħha bħala insult assolut lejhom wara li Demicoli qed tirreklama fuq Facebook privat b’xejn tal-matematika għall-istudenti tal-Year 6 u Form 1 f’każini tal-Partit Laburista.
Kelliema għall-UPE saħqu li ma jistgħux jifmhu għal-liema raġuni hija assumiet l-irwol ta’ għalliema…meta m’għandhiex warrant ta’ edukatriċi. Huma saħqu li l-mentalità li qed turi lill-pubbliku ġenerali hi li kulħadd jista’ jagħmilha ta’ għalliem professjonali….perċezzjoni falza għal kollox li tpoġġi theddida fuq dan is-settur.
Ġie spjegat li jekk persuna taf tuża rutella ma jfissirx li hi arkitett, jekk tuża temperatura tad-deni ma jfissirx li int infermier u daqstant ieħor għal għalliema.
Għaldaqstant, fl-interess tal-edukaturi kollha madwar il-Gżejjer Maltin, il-UPE qed isejħu lil Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana kif ukoll lill-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema sabiex jieħdu l-passi neċessarji u jaqtgħu dan l-abbuż.
Dan filwaqt li appellaw lill-Partit Laburista sabiex jordnaw lil kandidata Demicoli sabiex twaqqaf dan l-attivitajiet immedjatament.
//= $special ?>