Lokali

L-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-PN

Is-Sibt tard waranofsinhar ingħata bidu għall-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fil-Barakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta – fejn bil-preżenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu AnneMarie, numru ta’ kelliema u membri tal-Partit f’karigi għoljin se jkunu qed jagħmlu d-diskorsi tagħhom.

Din l-attività infetħet minn Ċensu Galea li sa dalgħodu kien qiegħed jokkuppa l-pożizzjoni ta’ President tal-Kunsill Ġenerali fejn sussegwentament introduċa l-President il-ġdid, Mark Anthony Sammut, li ġie kkonfermat f’din il-pożizzjoni wara elezzjoni li saret tul il-Kunsill Ġenerali.

F’dan l-għeluq mistennija jitkellmu wkoll il-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, David Agius u Robert Arrigo. Kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.