Lokali

“Kulħadd huwa validu – kulħadd għandu postu fil-Partit Nazzjonalista” – David Agius

“Neħtieġu lil kulħadd għax kulħadd huwa validu – kulħadd għandu rwol x’jaqdi f’dan il-Partit.”

Sostna dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius spjega li r-rispett huwa essenzjali sabiex il-Partit jibqa’ miexi ‘l quddiem u insista li filwaqt li qed niġġeddu irridu nsaħħu dawk li dejjem appoġġjaw lil dan il-Partit għax kulħadd huwa validu.

Huwa saħaq li huwa d-dover u l-missjoni ta’ kull politiku li jħares il-bżonnijiet ta’ kull individwu b’mod speċjali f’dawn l-aħħar sena u nofs li diversi familji Maltin u Għawdxin spiċċaw f’sitwazzjonijiet diffiċli kawża tal-pandemija. Huwa saħaq li n-nies iridu politiċi li jservu sforz il-politika ta’ servizz u impenn.

David Agius saħaq li ż-żgħażagħ iridu futur aħjar, Gvern li jiggarantixxi ġejjieni sod u li jinvesti fihom u qal li d-dmir tal-Partit Nazzjonalista huwa li b’viżjoni u serjetà jwettaq dan b’mod ċar u skjett.

Huwa rringrazzja lil Francis Zammit Dimech għal ħidma u l-esperjenza tiegħu wara li matul il-ġimgħa li għaddiet ħabbar li mhux se jkun qed jerġa’ jikkontesta għal pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista filwaqt li sellem ukoll lil Ċensu Galea li issa postu se jkun qed jokkuppah Mark Anthony Sammut bħala President tal-Kunsill Ġenerali.  

Ikkummenta