Mara ta’ 72 sena ngħatat kumpens ta’ €6,000 wara li l-kumpanija li kienet taħdem magħha waqqfitha mix-xogħol minħabba l-età tagħha.
Il-mara, Maria Carmela Tonna kienet ilha taħdem mal-kumpanija Jasmine Nursing Home Limited sa mill-2014 bħala kitchen helper meta s-sena l-oħra tkeċċiet minħabba li laħqet l-età tal-pensjoni.
Il-kumpanija argumentat li Tonna kienet qaltilhom li ma kinitx se tidħol iżjed xogħol sakemm tgħaddi l-pandemija tal-COVID. Kien hawnhekk li l-kumpanija impjegat persuna oħra għall-irwol tagħha.
Tonna kienet irċiviet ittra mingħand is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li minħabba l-virus, hi qed tkun meqjusa bħala vulnerabbli u kien għalhekk li ħasset li għandha tieqaf mix-xogħol.
It-Tribunal Industrijali ħas li t-tmiem tal-impjieg tal-mara kien inġust u mhux skont il-liġi.
//= $special ?>

