Lokali

Maratona Oħloq Tbissima – sejħa biex tingħata d-dinjità lil familji bil-ġuħ

Eluf ta’ persuni qed jitilfu ħajjithom ta’ kuljum f’pajjiżi foqra madwar id-dinja hekk kif jum wara l-ieħor mhux qed ikollhom biżżejjed flux biex jipprovdu l-ikel lill-familji tagħhom. U bla dubju ta’ xejn il-pandemija m’għenet xejn is-sitwazzjoni hekk kif ħafna persuni spiċċaw tilfu l-impjieg tagħhom fl-aħħar xhur biex flok qed imutu bil-virus, qed imutu bil-ġuħ.

Il-maratona Oħloq Tbissima li bdiet il-Ġimgħa u se tibqa’ għadejja sal-Ħadd għandha propju l-għan li jinġabru fondi biex jintbagħtu lil familji li jinsabu fil-Peru, il-Pakistan u l-Filippini… sabiex dawn jingħataw għixien aħjar u jkollhom id-dinjità li kull persuna jixraqilha.

Wieħed jista’ jgħin billi jagħti d-donazzjoni tiegħu waqt l-maratona li qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin, fosthom Net Television f’ħinijiet bejn il-5 ta’ filgħaxija u nofs il-lejl.

Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll fuq is-sit ohloqtbissima.com/donate.