Lokali

Mark Anthony Sammut ikkonfermat President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN

Wara l-votazzjoni li saret fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Mark Anthony Sammut ġie kkonfermat President ġdid tal-Kunsill Ġenerali.

Hu kien ikkonfermat b’79.2% tal-voti.

Sammut se jkun qed jieħu din il-kariga mingħand Ċensu Galea li kien laħaq President fi Frar tal-2020.

Hu se jkun qed jindirizza l-aħħar sessjoni ta’ dan il-Kunsill illejla. Din is-sessjoni tibda fis-6.00pm u se tkun qed tixxandar live fuq Net TV u permezz ta’ Facebook Live.