Lokali

Nirien fi scrapyard iwasslu biex tingħalaq Triq Garibaldi

Triq Garibaldi l-Marsa bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku hekk kif fl-aħħar sigħat żviluppaw nirien fi scrapyard fil-qrib. Il-Pulizija kienu mgħarrfa bin-nirien għall-ħabta tas-12.50pm.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-post biex jikkontrollaw in-nirien.

Uffiċjali tal-Pulizija wkoll marru fiż-żona tal-flyover tal-Marsa sabiex jinvestigaw.

Hu mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Sewwieqa huma mitluba jevitaw din it-triq.