Lokali Qorti

Seba’ snin ħabs wara serqa minn dar ta’ koppja fin-Nadur

Żewġ persuni weħlu seba’ snin ħabs bejniethom wara li l-Qorti sabithom ħatja ta’ serqa minn dar fin-Nadur fl-2018.

Kollox beda meta koppja li toqgħod in-Nadur ħarġu minn darhom għall-ħabta tat-8.30 ta’ filgħaxija meta r-raġel innota żewġ karozzi jieqfu f’nofs ta’ triq biex is-sewwieq jitkellmu..

Meta l-koppja daħlu fil-karozza tagħhom u bdew isuqu lejn l-Imġarr, huma nnotaw li l-karozza l-bajda kienet qed issegwihom u meta eventwalment waslu lura d-dar huma sabu l-bieb sgassat, id-dar imqalba kollha u iktar minn €1,000 fi flus nieqsa.

Persuna li kienet fil-viċinanzi kien irraporta lill-Pulizija li rnexxilha tiddentifika liż-żewġ ħallelin. Il-mobile tagħhom u kameras tas-sigurtà kkonfermaw li ż-żewġ persuni kienu daħħlu fid-dar tal-koppja.

Il-Qorti ordnat li t-tnejn iħallsu iktar minn €1,000 fi spejjeż kull wieħed u jirritornaw il-flus li serqu lill-koppja fi żmien sitt xhur.