Internazzjonali

Il-vittmi fil-Ġermanja jitilgħu għal aktar minn 170

Huma iktar minn 170 il-persuni konfermati mejta kaġun tal-maltemp qalil li ħakem l-Ewropa ċentrali f’dawn l-aħħar jiem.

L-agħar pajjiżi milquta huma l-Ġermanja u l-Belġju iżda x-xita qawwija laqtet ukoll il-Lussemburgu u l-Olanda.

Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel qalet li l-Gvern Ġermaniż qed jassumi li l-għargħar se jkunu qed iqumu l-biljuni ta’ ewro biex issir tiswija tal-ħsarat.

Is-sitwazzjoni fil-Ġermanja hi tassew allarmanti, meta tal-anqas 1,400 persuna baqgħu rappurtati neqsin fid-distrett ta’  Ahrweiler, fejn ma kienux qed jiffunzjonaw in-networks ċellulari – hekk kif ma kienx possibbli għall-awtoritajiet li jikkuntattjaw lil ħafna residenti.