It-tim nazzjonali Malti tal-irġiel tal-Hockey, bejn l-1 u s-7 t’Awwissu se jkun qed jieħu sehem fil-Eurohockey Championship III li se jkunu qed isiru f’Lousada fil-Portugall.
Matul il-perjodu tal-pandemija tal-Covid-19, il-Federazzjoni tal-Hockey fl-Ewropa sabitha diffiċli biex torganizza l-kompetizzjonijiet tagħha. Il-Eurohockey Championship IV, li din is-sena kellu jsir f’pajjiżna ġie kkanċellat wara li nofs it-timijiet irtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom.
Sadanittant, it-tim nazzjonali Malti baqa’ xorta waħda għaddej bil-preparazzjonijiet tiegħu filwaqt li jsegwi l-miżuri b’rabta mal-Covid-19. It-tim Malti se jkun qed jilgħab f’Pool A, flimkien mal-Belarus u t-Turkija. Pool B se jkun ffurmat mir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkha, l-Portugall u l-Litwanja, bir-rebbieħa ta’ kull Pool jilagħbu fir-rawnd li jmiss.
//= $special ?>