Lokali

Kampanja ġdida tal-PN bl-isem ta’ ‘Ejjew Nazzjonalisti Nissaħħu’

Il-Partit Nazzjonalista nieda kampanja ġdida ta’ ġbir ta’ fondi b’rabta mal-elezzjoni ġenerali bit-tema ‘Ejjew Nazzjonalisti Nissaħħu’.

L-iskop ta’ din il-kampanja ġbir ta’ fondi hu biex in-Nazzjonalisti u dawk kollha urtati bl-imġiba tal-Gvern li hu protagonista tal-abbuż ta’ poter, jgħinu lill-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ u finanzjarjament ikun f’pożizzjoni li jagħmel kampanja elettorali effettiva.

It-teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Mario Ellul spjega li l-iskop ta’ din l-inizjattiva hu biex il-Partit jagħti bidu għall-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi mmirata għall-elezzjoni ġenerali.

Waqt il-programm Net Live ppreżentat minn Maria Francalanza, Mario Ellul spjega aħjar l-għan ta’ din il-kampanja.

Dawk kollha interessati li jipparteċipaw f’din l-inizjattiva jistgħu jikkontribwixxu b’diversi modi, fosthom:

• Permezz ta’ ċekk pagabbli lill-Partit Nazzjonalista mibgħut kull xahar lid-Dar Ċentrali, Triq Herbert Ganado, Pietà;

• Permezz ta’ standing order li tista’ ssir permezz ta’ online banking jew billi wieħed iżur fergħa tal-bank fejn huwa diġà klijent u jagħti d-dettalji bankarji tal-Partit jew;

• Permezz tal-website tal-Partit Nazzjonalista pn.org.mt/donate.