Lokali

“L-awtoritajiet qed ifallu” – Ramona Montebello

L-awtoritajiet ikkonċernati qed ifallu milli jagħmlu xogħolhom b’mod rett u kif jixraq lil kull ċittadin Malti u Għawdxi

Stqarret dan Ramona Montebello waqt li kienet qed tindirizza l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali li sar is-Sibt filgħaxija fil-Belt Valletta.

Ramona kienet ċara fi kliemha hekk kif saħqet li din il-ħniżrija fil-qasam tal-kostruzzjoni fejn l-iżviluppatur iħossu li għandu dritt li jeqred il-ħajja tal-bniedem… mhix aċċettabbli.

Hija stqarret li kien hemm każi fejn minkejja li kemm il-darba pruvaw jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet kkonċernati għall-għajnuna, jibqa’ ma jitfaċċa ħadd u sadanittant id-dar tkompli tiddamdam u jibdew ifeġġu l-ħsarat.

Ramona Montebello staqsiet fhiex nistgħu niġu agħar minn hekk? Agħar milli tara lill-uliedek jibku għax jibżgħu li se jiġri xi ħaġa lid-dar tagħhom.

Hija stqarret li pajjiżna għadu ma tgħallimx.. lanqas wara l-mewt ta’ Miriam Pace.. li mietet mirduma f’dahra stess is-sena l-oħra.

Ramona Montebello temmet id-diskors tagħha billi għamlet l-appell sabiex dan il-pajjiż jieħu azzjoni mill-aktar fis fejn jidħol dan is-settur.