Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ fi Grand Prix drammatiku

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone meta għeleb l-isfida tas-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc. Kien Max Verstappen li beda fuq quddiem nett f’din it-tellieqa iżda wara mpatt li kellu ma’ Hamilton fil-bidu tat-tellieqa kellu jirtira biex b’hekk kien Leclerc li mar fuq quddiem għall-kumplament tal-Grand Prix.

Iżda żewg dawriet mit-tmiem Lewis Hamilton irnexxielu jaqbeż lis-sewwieq Franċiż biex b’hekk naqqas id-distakk fil-quccata tal-klassifika bejnu u bejn Verstappen għal seba’ punti. Fit-tielet post temm is-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes Valtteri Bottas biex fir-raba’ u fil-ħames post temmew Lando Norris u Daniel Ricciardo.

Kif temmew: 1. L. Hamilton, 2. C. Leclerc, 3. V. Bottas, 4. L. Norris, 5. D. Ricciardo, 6. C. Sainz, 7. F. Alonso, 8. L. Stroll, 9. E. Ocon, 10. Y. Tsunoda, 11. P. Gasly, 12. G. Russell, 13. A. Giovinazzi, 14. N. Latifi, 15. K. Raikkonen, 16. S. Perez, 17. N. Mazepin, 18. M. Schumacher Ma temmewx: S. Vettel, M. Verstappen