Futbol Sport

Martina Borg tissieħeb ma’ Roma CF fis-Serie B

Il-player internazzjonali Maltija Martina Borg se tkun qed tkompli l-karriera tagħha fl-Italja hekk kif se tkun qed tissieħeb mat-tim tas-Serie B, Roma Calcio Femminile.

Dan se jkun il-ħames staġun għal Borg, fl-Italja hekk kif fil-passat lagħbet ma’ Apulia Trani, Fortitudo Mozzecane u anke Sassari Torres fejn lagħbet lagħbet għall-aħħar sentejn.

Fl-istaġun li għadda ma’ Sassari Torres, Borg lagħbet 20 partita fejn skorjat ukoll ħames gowls biex b’hekk matul l-esperjenza tagħha mat-tim minn Sardegna, Borg skorjat 6 gowls f’35 partita.