Lokali

Raġel iweġġa’ f’argument f’San Pawl il-Baħar

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 59 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’argument.

L-inċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-sagħtejn u għoxrin ta’ waranofsinhar fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kien qam argument bejn żewġt irġiel, Malti ta’ 59 sena u Serb ta’ 39 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar.

Waqt dan l-argument ir-raġel ta’ 59 sena sofra xi ġrieħi, mar għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa u ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi gravi. Is-Serb ġie arrestat u qed jinżamm fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra għadhom għaddejjin.